Il-Kummissjoni Elettorali avżat li bdiet tilqa’ applikazzjonijiet mingħand persuni eliġibbli biex iservu bħala assistenti kummissjonarji elettorali u persuni għall-għadd tal-voti bi tħejjija għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali, li se jsiru s-Sibt 8 ta’ Ġunju 2024.
Applikazzjonijiet onlajn jistgħu jsiru onlajn permezz tas-sit uffiċjali electoral.gov.mt mit-Tnejn, l-ewwel t’April, sat-Tnejn, 15 ta’ April, mit-8.00 ta’ filgħodu sas-7.00 ta’ filgħaxija.
Persuni jistgħu jissottomettu wkoll l-applikazzjoni bl-idejn fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar jew fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità fir-Rabat, Għawdex, fl-istess dati mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8.00 ta’ filgħodu u s-1:00 ta’ waranofsinhar, u mit-3.00 ta’ waranofsinhar sas-7.00 ta’ filgħaxija.
Waqt li s-Sibtijiet il-ħinijiet ikunu mit-8.00 ta’ filgħodu sas-1.00 ta’ waranofsinhar.
F’każ li l-applikazzjoni tiġi sottomessa b’mod fiżiku wieħed irid jippreżenta l-karta tal-identità.