Sitwazzjoni ta’ ostaġġi fi stabbiliment tad-divertiment fil-Lvant tal-Olanda ntemmet b’wiċċ il-ġid, wara li ġie arrestat ir-raġel li kmieni filgħodu daħal fl-istabbiliment u hedded li kien se jisplodi lilu nnifsu.
Erba’ persuni nżammu ostaġġi mir-raġel, qabel ma dan ġie arrestat.
Pulizija armati evakwaw iż-żona u qalu li m’hemm l-ebda indikazzjoni ta’ mottiv terroristiku.
L-ewwel ma ġew rilaxxati kienu tliet persuni, u r-raba’ ħareġ madwar sitt sigħat wara li beda l-inċident.
L-ostaġġi kienu kollha impjegati tal-istabbiliment.
Residenti f’madwar mija u ħamsin dar fl-inħawi ġew evakwati bħala prekawzjoni, filwaqt li ngħalaq iċ-ċentru tal-belt.