Il-Prim Ministru Pollakk, Donald Tusk wissa lill-Ewropa li tinsab f’dik li sejjaħ bħala “era ta’ qabel il-gwerra” u qal li l-Ukrajna m’għandhiex tkun megħluba mir-Russja, għall-ġid tal-kontinent kollu.
Huwa żied jgħid li l-gwerra m’għadhiex xi ħaġa tal-passat, imma hija reali u bdiet aktar minn sentejn ilu.
Dawn il-kummenti għaddihom wara li r-Russja wettqet attakk kbir fuq is-sistema tal-enerġija tal-Ukrajna l-Ħamis.
Il-President Russu, Vladimir Putin qal li din il-ġimgħa, Moska ma kellhiex “intenzjonijiet aggressivi” fil-konfront ta’ pajjiżi tan-Nato.