Wara d-diskors tiegħu, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela xegħel l-urna, permezz tat-torċa fuq l-Għolja tal-Ħelsien, fil-Birgu.
Hawnhekk hu fakkar il-45 sena minn Jum il-Ħelsien fil-31 ta’ Marzu tal-1979. Kisba li tfakkar il-jum meta l-flotta Ingliża telqet minn Malta darba għal dejjem.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Quddiem folla numeruża ta’ nies li attendiet għal din iċ-ċerimonja mill-isbaħ, wara li xegħel l-urna, il-Prim Ministru poġġa bukkett fjuri f’riġlejn il-monument li jfakkar din il-ġrajja storika.
Segwew ukoll membri mill-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista.