Jissejjaħ JoJo Bow. Huwa tip ta’ ċoff kbir ħafna li tista’ tagħmlu mat-toppu jew xi stil elaborat ieħor. Fir-Renju Unit tfal tal-iskola u adoloxxenti iffissati fuq dan iċ-ċoff, li jispira ruħu mis-serje televiżiva Amerikana Dance Moms, fejn Jojo kienet protagonista.
Id-dipartiment tal-edukazzjoni Ingliż ħareġ regola stretta: dawn iċ-ċfuf ma jidħlux l-iskola. Jemmnu li huma ‘distracting’; ċioe li jtellfu l-attenzjoni. Aħbar ħażina għal min diġà ġemma kollezzjoni. Ċoff wieħed jiswa bejn £8 u £12.