Waqt dibattitu fl-Università ta’ Malta organizzat mill-għaqda studenteska, JEF Malta, il-kandidati Laburisti għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Alex Agius Saliba u Steve Ellul komplew isostnu l-messaġġ tal-Partit Laburista favur il-paċi.
Waqt dan id-dibattitu, il-Viċi President tal-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi u l-Membru Parlamentari Ewropew tal-Partit Laburista, Alex Agius Saliba sostna kif l-Unjoni Ewropea twaqqfet għall-paċi, wara ż-żewġ gwerer fis-seklu l-ieħor.
Qal, “I believe that we need more consistency when it comes to our values, our principles when we are tackling international issues but at the same time, we believe that the European project should remain a project based on dialogue, on cooperation and not an arms project.”
Min-naħa tiegħu, il-Kandidat għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Steve Ellul qal li waqt li l-Unjoni Ewropea qed titkellem dwar aktar armamenti, eluf ta’ persuni qed jitilfu ħajjithom fl-Ukrajna u Gaza.
Qal, “I think we should go back to basics; I think we should discuss and act on the core principles of Europe. Peace is our essential core principle as Europeans.”