Il-Grupp db aċċetta mingħajr problemi li l-kuntratt iffirmat mal-Gvern ta’ Malta fuq l-art tal-ITS fil-bajja ta’ San Ġorġ ikun skrutinizzatat mill-Awditur Ġenerali.
“Ħadd aktar minnha m’hu ħerqan li toħroġ il-verità dwar din il-kwistjoni” qal il-grupp fi stqarrija.
Busuttil qed jallega li l-bejgħ sar għal prezz baxx. Iżda l-grupp kien ċar kemm fit-tweġiba tiegħu u kemm fil-ħeffa li biha aċċetta l-isfida ta’ Busuttil.
Huwa ċar għal dawk kollha li għandhom id-deċenza jisimhu, sostna l-grupp, li nnota li għall-ewwel darba fl-itsorja, il-prezz ta’ art pubblika mhix determinata mill-partijiet li qed jineggozjaw imma minn ditta tal-awdituri indipendenti u ta’ fama internazzjoali.
Intant għan-naħa tal-privat, innegozja l-kuntratt il-Viċi-Kap Nazzjonalista Mario De Marco, permezz tal-kumpanija legali tiegħu.