Il-Prinċipessa ta’ Wales, Kate Middleton, ħabbret li bdiet tingħata trattament għall-kanċer, li nstabilha wara testijiet li sarulha.
Hi qalet dan permezz ta’ vidjow fuq il-midja soċjali fejn ma ngħatawx dettalji ta’ x’tip ta’ kanċer hu. Il-Prinċipessa Kate u mart l-eredi għat-tron qalet li dawn l-aħħar xhur kienu iebsin għaliha.
F’temp ta’ ftit ġimgħat, din hi t-tieni tħabbira li membru ewlieni tal-familja Rjali ntlaqat mill-kanċer. Dan wara li l-Re Karlu wkoll instablu li għandu kanċer u qed jirċievi kura għalih.