Il-Pulizija, għaddejja bit-tfittxijiet tagħha, għall-allegat ħallelin li serqu uffiċju fi Triq Stiefnu Żerafa, f’Ħal Għargħur, illum għall-ħabta tal-10:15 ta’ filgħodu.
Minn stħarriġ preliminari li sar mill-Pulizija, jidher li żewġ persuni, li kienu lebsin crash helmet u allegatament armati b’arma tan-nar, daħlu fl-uffiċċju, serqu ammont ta’ flus kontanti u ħarbu minn fuq il-post.
Jirriżulta li ħadd ma’ weġġa’ waqt din is-serqa, filwaqt li l-Maġistrat tal-Għassa Joseph Mifsud ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ, għadhom għaddejjin.