Hekk kif bħalissa għaddej is-Summit tal-Kunsill Ewropew fi Brussell, is-sit awtorevoli Politico nnota l-messaġġ b’saħħtu li għadda l-Prim Ministru Malti Robert Abela lill-mexxejja Ewropej.
F’parti mil-live blog ta’ dan is-sit internazzjonali ġie rrapportat kif Dr Abela sostna li l-waqfien mill-ġlied hu l-uniku pożizzjoni li trid issir. Dan bit-titlu “Cease-fire is the only way to go, says Malta’s Abela”.
Uffiċjal preżenti għal dan is-summit qal ma’ dan is-sit awtorevoli, li l-Prim Ministru Malti ddeskriva s-sitwazzjoni fl-Istrixxa ta’ Gaza, bħala “wake-up call” għall-Unjoni Ewropea. Dan fid-dawl li n-nies f’Gaza qed ibatu l-ġuħ.
Il-Politico rrapporta wkoll li l-Prim Ministru Malti appella għal bżonn ta’ aktar provvista u għajnuna umanitarja f’Gaza.
Intqal ukoll kif il-Prim Ministru Robert Abela sostna wkoll dwar il-waqfien mill-ġlied permenanti u b’mod immedjat f’Gaza.
F’dan l-ewwel jum tas-Summit tal-Kunsill Ewropew, il-Prim Ministru Robert Abela għamel żewġ interventi b’saħħithom dwar il-ħtieġa ta’ waqfien mill-ġlied permanenti f’Gaza u ieħor indirizzat lill-Parlament Ewropew biex dan jirrispetta l-Kostituzzjoni ta’ Malta u l-Parlament Malti.