Għat-tmien sena, il-Malta Marathon ġibdet l-eluf. Iżda din is-sena, ġibdet l-ikbar numru li qatt ipparteċipaw s’issa. Kienu mill-inqas 4,400 dawk li llum ipparteċipaw fil-half marathon u walkathon.
Dan kollu b’risq il-Fondazzjoni Inspire, li taħdem ma’ tfal u adulti b’diżabiltajiet differenti bħal Down Syndrome, Cerebral Palsy u Awtiżmu. L-Inspire tgħin lil dawn it-tfal jiksbu l-ogħla livell ta’ indipendenza possibbli.
Fost dawk li pparteċipaw, kien hemm Noel Cacciatolo, wieħed mill-klijenti ta’ Inspire, li minkejja li tilef sieq, ipparteċipa fil-maratona.
Hawn hu fil-preparazzjoni għall-maratona:
Hawn huma ftit mill-esperjenzi ta’ aktar parteċipanti.