Fil-Marsa, il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil ħareġ jattakka bl-aħrax il-proġett li se jsir fuq l-art tal-ITS f’San Ġiljan. Simon Busuttil attakka dan il-proġett fejn għan-naħa tal-privat innegozja l-kuntratt il-Viċi-Kap, Mario De Marco, permezz tal-kumpanija legali tiegħu.
Simon Busuttil qal li hu mħasseb b’dan il-kuntratt u tenna li Mario De Marco se jirrinunzja x-xogħol tiegħu b’rabta ma’ dan il-proġett. Proġett li l-kuntratt tiegħu diġa’ huwa nnegozjat u l-kumpanija ta’ De Marco tħallset jew se titħallas tax-xogħol li għamlet.
“Iva, aħna l-Oppożizzjoni għidna li l-proġett tal-ITS u li fih il-gvern qabad u ta biċċa art prezzjuża f’San Ġorġ lill-kumpanija bi prezz li qal li huwa ta’ sittin miljun ewro… Diġa’ jqajjem question mark ux biżżejjed,” qal Busuttil dwar dan
il-proġett miljunarju.
Simon Busuttil ħabbar li l-Oppożizzjoni mhux se tieqaf hawn. “Irrid inħabbar li l-oppożizzjoni mhux se tieqaf hawn. Fil-jiem li ġejjin l-oppożizzjoni se tieħu din il-kwistjoni għand l-Awditur Ġenerali,” qal Simon Busuttil li fl-istess laqgħa ddefenda lil Beppe Fenech Adami.
Busuttil qabeż bl-aħrax lil Beppe Fenech Adami u qal li Fenech m’għandu ebda “interess personali.”
Dwar l-inkjesta fejn jgħid li investigazzjoni dwar ħasil ta’ flus waqfet wara li tfaċċa isem Beppe Fenech Adami, Simon Busuttil qal li jrid min jerfa’ r-responsabbiltà għax Beppe Fenech Adami kien qed ikun mistoqsi l-mistoqsijiet b’rabta ma’ dan il-każ.