Iċ-ċittadini Maltin huma fost l-aktar persuni fl-Unjoni Ewropea li jgħixu fit-tul. Dan ħareġ minn ċifri tal-Eurostat, l-uffiċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea.
Skont il-Eurostat, fl-2022 il-medja ta’ età li jgħixu ċ-ċittadini Maltin kienet ta’ aktar minn tnejn u tmenin sena. Din ir-rata tiżboq dik medja tal-pajjiżi msieħba fl-Unjoni Ewropea, li hi ta’ iżjed minn tmenin sena.
Minn dawn iċ-ċifri tal-Eurostat ħareġ ukoll li n-nisa f’Malta jgħixu aktar mill-irġiel. Dan hekk kif ir-rata ta’ nisa f’pajjiżna hi ta’ aktar minn erbgħa u tmenin sena, iżjed minn erba’ snin fuq dik tal-irġiel.
Minn dawn iċ-ċifri joħroġ ukoll kif ir-rati tal-etajiet tan-nisa u l-irġiel ta’ pajjiżna huma aktar minn dawk irreġistrati fl-Unjoni Ewropea. Dawn iċ-ċifri tal-Eurostat juru kemm pajjiżna għandu kura tas-saħħa avvanzata u tal-ogħla kwalità.