Fin-Nadur, il-Partit Nazzjonalista organizza laqgħa għall-partitarji tiegħu u l-Kap Bernard Grech infexx jattakka lill-Partit Laburista.
Fost għajjat u isteriżmu solitu tiegħu kull nhar ta’ Ħadd, Grech qal lin-nies biex jivvutaw lill-Partit Nazzjonalista mbagħad iħallu f’idejh.
Bernard Grech: “Oħroġ ivvota lill-PN fit-8 ta’ Ġunju, imbagħad ħalli f’idejna.”
Fid-diskors tiegħu qal li l-Partit Nazzjonalista għandu pjan ekonomiku li ppreżenta fl-aħħar elezzjoni ġenerali u minkejja li ġie sfiduċjat, qal li kulħadd qed jaqbel miegħu.
Bernard Grech: “Illum kulħadd qed jaqbel magħna.”
Bernard Grech anki kompla jattakka lill-Gvern fuq il-pensjonijiet, quddiem żidiet sena wara l-oħra, f’kull Budget.
Sadanittant fl-istess laqgħa fir-raħal li huwa magħruf li huwa mmilitat mill-familja tad-Deputat Nazzjonalista Chris Said, tkellem id-deputat Alex Borg, dak li l-midja semmietu bħala l-persuna minn tnejn li qed jippuntaw biex jieħdu post il-Kap Bernard Grech wara Ġunju.
F’botta għal Grech u ta’ Said, sellem lill-eks Ministru Nazzjonalista Giovanna Debono u qal li kien għadu kif mar għandha għax ma kinitx se tkun preżenti għall-attività tal-Kap.
Alex Borg: “Ħuti Nazzjonalisti. Insellem lill-eks Ministru Giovanna Debono.”
Alex Borg imbagħad infexx jattakka l-ħidma ta’ Gvern Laburista f’Għawdex minkejja li f’Għawdex żdied sew in-numru t’Għawdxin jaħdmu f’Għawdex stess meta mqabbel ma’ żmien GonziPN.
Imbagħad semma t-terminal taċ-Ċirkewwa.
Alex Borg: “Nesa kompletament lill-Għawdex u lill-Għawdxin… It-terminal taċ-Ċirkewwa.”
It-terminal taċ-Ċirkewwa li kien dam ħafna biex sar, kien spiċċa sar b’konkos difettuż tant li kienet din l-amministrazzjoni li kellha tindirizza dan.