Erbatax-il avukat u żewġ prokuraturi legali ngħataw warrant miIl-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard, wara li wrew il-kompetenza tagħhom li jeżerċitaw il-professjoni legali.
Waqt din iċ-ċerimonja, il-Ministru Attard awgura lill-avukati l-ġodda, waqt li saħaq li għandhom jieħdu xogħolhom bis-serjetà u b’rispett lejn il-kostituzzjoni, il-liġijiet u r-regolamenti kollha ta’ pajjiżna.
“Huwa dejjem ta’ sodisfazzjon li tippreżenta l-warrants lil avukati u l-prokuraturi legali għax dak ikun ifisser li s-settur tal-ġustizzja qed ikompli jissaħħaħ b’aktar professjonisti. Settur li qed ikompli jkun suġġett għal varji riformi u bidliet li għandhom iwasslu għal ġustizzja aktar effiċjenti imma wkoll ġustizzja effettivà.”
Il-Ministru Jonathan Attard
Il-Ministru Jonathan Attard irringrazzja wkoll lill-Ġudikatura u l-Kumitat tal-Avukati u Prokuraturi Legali u lil dawk kollha involuti fil-proċess tal-warrant.