Omm u iben miż-Żimbabwe ġew attakkati waqt li kienu qed japplikaw għar-residenza fl-Afrika t’Isfel meta kienu f’Polokwane.
Filmat li ttieħed minn kamera tas-sigurtà mar virali fuq is-sit soċjali Facebook, fejn juri lil Jeanette van Vuuren flimkien mat-tifel tagħha Tony jiġġieldu ma’ żewġ aggressuri qrib pompa tal-petrol.
L-irġiel attakkawhom wara li lemħu baskett imdendel mal-omm li fih kien hemm il-flus.
Ħuha, Bruce van Vuuren, qal li huma kienu sejrin fl-Afrika t’Isfel b’tal-linja u waslu Polokwane fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu.
Kien it-tifel li spiċċa ndarab waqt dan l-attakk fejn sofra min ġrieħi ħfief.
Segwi l-filmat hawn isfel.