F’filmat dirett fuq is-sit soċjali Facebook, Bjorn Formosa irringrazzja lil kull min offra l-għajnuna tiegħu lbieraħ waqt il-ġbir ta’ fondi b’riżq ALS Malta.
Hu rringrazzja lill-voluntiera kollha li offrew l-għajnuna tagħhom, lill-preżentatur Peppi Azzoppardi, lit-tim ta’ Xarabank u lil-Gvern ta’ Malta u kif ukoll lill-Prim Ministru ta’ Malta, Joseph Muscat li bis saħħa tagħhom se jkunu jistgħu jwettqu ħolma li jkollhom dar li tgħin lil pazjenti bl-ALS.
Segwi l-messaġġ ta’ Bjorn hawn isfel.