Fl-okkażjoni tat-tnedija tal-padiljun Ukren f’Villa Portelli fil-Kalkara, bħala parti mill-maltabiennale.art li qed jittella’ għall-ewwel darba f’pajjiżna, mart il-President Ukren, Olena Zelenska, għaddiet messaġġ tal-okkażjoni.
Fost oħrajn, enfasizzat l-importanza tal-arti u l-biennale f’pajjiżna, filwaqt li ħadet spunt biex issemmi lill-artista minn pajjiżha, Alevtina Kakhidze, li qed tesebixxi xogħlijiet tagħha f’din l-akbar esebizzjoni artistika li qatt ġiet organizzata f’pajjiżna, b’kultura mill-aktar rikka.
“We are delighted to welcome you to what promises to be the beginning of a splendid and grand history: the Maltese Biennale. Geographically and historically, Malta has always been at the crossroads of different cultures, enriching its tradition. So, I am pleased to join you in acknowledging that the Biennale will very naturally continue the profound artistic dialogue and enrich the entire creative world.”
Il-wirja mill-artista Ukrena tesplora n-narrattiva tad-dikolonjaliżmu u l-passat imperjali bejn Malta u l-Ukranja, bir-ripożizzjonar tal-Odessa bħala t-Tramuntana tal-Mediterran.
Fil-messaġġ tagħha, Zelenska spjegat kemm hu ta’ valur sentimentali li wieħed jifhem l-arti, u l-istorja wara l-arti, ta’ Kakhidze.
“This personal, profound work by Ms. Kakhidze is about lost loved ones and lost homes – it represents a huge part of Ukrainians today. Divided, forcibly displaced… And I really hope that you will not only see, but also feel this work.”
Il-maltabiennale.art, li qed jiġi organizzat minn Heritage Malta permezz tal-Mużew Nazzjonali, il-MUŻA, tnieda t-Tlieta f’ċerimonja fil-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt Valletta. Il-ftuħ proprju għall-pubbliku sar l-Erbgħa u l-biennale se jibqa’ għaddej sal-aħħar ta’ Mejju li ġej, bis-sehem ta’ madwar 80 artist rinomati lokali u internazzjonali.
B’kollox qed jittellgħu 25 padiljun, f’21 sit ta’ Heritage Malta.
Fil-bidu ta’ din is-sena, il-gazzetta The Guardian ukoll kienet irrimarkat li dan l-avveniment prestiġġjuż hu wieħed mill-aktar għaxar attrazzjonijiet kulturali importanti għal din is-sena.