Għaddiet kważi sena minn meta Sandra Maria de Andrade, omm, tgħallmet taqra grazzi għat-tifel tagħha.
Kien jum bħas-soltu meta wara x-xogħol kienet qed tistrieħ ftit fid-dar tagħha fil-Brażil meta t-tifel tagħha, Damiao Sandriano, staqsiha jekk trid taqra ktieb miegħu.
“Ma għandi storja qasira bl-istampi. Trid taqra miegħi?” staqsiha b’innoċenza. Iżda ta’ 42 sena ma kinitx kapaċi tikteb isimha.
Għal diversi snin ppruvat titgħallem iżda sabitha wisq tqila, sakemm bis-saħħa tat-tifel tagħha, jum wara jum bdiet titgħallem xi ħaġa ġdida.
Ittra wara oħra u Damiao rnexxielu jgħallem l-alfabett lil ommu.
“Kien mument li lanqas biss niddeskrivieh meta ktibt ismi għall-ewwel darba. Minn hemm iddeċidejt li mmur nagħmel karta tal-identità ġdida biex nuri li naf nikteb ismi. Issa m’għadnix nistħi daqs li kont,” qalet Sandra.
Fil-Brażil hemm madwar 12.9 miljun persuna, li għandhom ‘l fuq minn 15-il sena, li ma jafux jaqraw u lanqas jiktbu.
Sfortunatament it-tfulija ta’ Sandra ma kinitx waħda faċli, fejn minħabba li familtha kienet fqira kellha toħroġ taħdem ta’ età żgħira. Minħabba f’hekk hi qatt ma tħalliet tattendi lezzjonijiet u baqgħet sal-eta ta’ 42 sena ma tafx taqra u tikteb.