Id-Danimarka ħa ddaħħal il-lieva fost in-nisa f’mossa rari li ġiet irrappurtata mill-midja internazzjonali bi prominenza.
Id-Danimarka, membru tan-NATO saret wieħed mill-ftit pajjiżi Ewropej li jobbliga n-nisa jservu fl-armata.
Fil-fatt apparti d-Danimarka hemm in-Norveġja u l-Iżvezja li jagħmlu dan.
Apparti hekk, id-Danimarka żiedet il-perjodu tal-lieva minn erba’ xhur għal ħdax-il xahar, jiġifieri kważi ttriplatu.
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Daniż ġie kwotat jgħid li dan qed isir anki jekk ir-Russja mhux thedded b’mod dirett lid-Danimarka.