Il-kandidat stilla ta’ Simon Busuttil, Salvu Mallia, għażel li jdaħħal il-politika partiġjana wkoll f’inizjattiva mill-iktar nobbli li ntlaqgħet mill-maġġoranza assoluta tal-poplu Malti. Dik li permezz tagħha l-Gvern se jħallas l-ispejjeż marbuta mad-dar għall-persuni bil-kundizzjoni tal-ALS li se tinfetaħ fuq inizjattiva ta’ Bjorn Formosa, wara li lbieraħ inġabru mijiet ta’ eluf ta’ ewro għal dan il-għan.
“Naf li hemm min se jarani ikrah ħafna imma l-verità hi din,” kiteb Salvu Mallia li b’ritratt ta’ Bjorn Formosa u l-Prim Ministru waqt Xarabank fejn argumenta li l-Prim Ministru niżel fil-baxx b’din l-inizjattiva tal-Gvern.
“Kif jista’ bniedem jinżel daqshekk fil-baxx u ma titkellimx,” qal Mallia li skont hu “Joseph jara x’jakkwista!”
Fl-aħħar xhur Salvu Mallia għajjar lill-Prim Ministru Hitler u l-agħar ħaġa li ġrat mill-pesta l’hawn.