Il-Kummissjoni Ewropea qed tirrakomanda lill-Kunsill Ewropew biex jibdew in-negozjati dwar is-sħubija tal-Bożnija-Ħerzegovina fl-Unjoni Ewropea.
Dan tħabbar mill-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen waqt diskors fil-Parlament Ewropew.
Dan il-pajjiż applika biex jissieħeb fl-Unjoni Ewropea fl-2016 u l-Kunsill Ewropew qabel li jingħata status ta’ kandidat, sentejn ilu.
Il-President tal-Kummissjoni Ewropea spjegat li dan il-pajjiż tal-Balkani huwa konformi mal-politika barranija u ta’ sigurtà tal-Unjoni Ewropea, li sostniet li hu kruċjali f’dawn iż-żminijiet ta’ sfidi internazzjonali.
Il-pass li jmiss issa hu li l-mexxejja kollha tal-istati membri, fil-Kunsill Ewropew, jaqblu li jibdew in-negozjati.