It-Tnejn, 11, it-Tlieta, 12 u l-Erbgħa, 13 ta’ Marzu, mis-7 ta’ filgħaxija u l-5 ta’ filgħodu, partijiet minn Triq il-Mitħna, f’Ħal Qormi, se jkunu magħluqa sabiex jingħata l-asfalt.
Permezz ta’ post fuq Facebook, l-aġenzija Infrastructure Malta, appellat lill-pubbliku sabiex jippjana l-vjaġġi tiegħu minn qabel, filwaqt li juża rotot alternattivi, li huma minn Triq il-Kanun, Ħal Qormi, jew minn Triq l-Industrija, fl-Imrieħel.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI