B’reazzjoni għall-messaġġ li għadda l-Papa Franġisku, fejn qal li Kjiv, għandu jkollu l-kuraġġ li jinnegozja mar-Russja sabiex tieqaf il-Gwerra fl-Ukrajna, billi ‘tittella’ bandiera bajda’, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ukren, qal li mhi se tittella’ ebda bandiera, ħlief dik blu u safra – jiġifieri dik tal-Ukrajna.
Kelliem għall-Vatikan, qal li l-Papa, kien qed jitkellem dwar il-waqfien mill-ġlied permezz tal-innegozjar, meta kien qed jiġi intervistat fi programm tar-radju.
Dak li qal il-Papa ġab miegħu baraxx ta’ kritika, fosthom mill-President Ukren, Volodomyr Zelensky, li minkejja li ma semmiex lill-Papa b’mod dirett, faħħar l-impenn ta’ dawk kollha li qed jissieltu għall-Ukrajna waqt din il-Gwerra.
Huwa qal li l-Knisja m’għandhiex tipprova timmedita bejn xi ħadd li jrid jgħix, u xi ħadd li jrid jeqirdek.
L-Ambaxxatur Ukren għall-Vatikan, ikkumpara l-kummenti tal-Papa ma’ kummenti li kienu jgħaddu nies qrib Adolf Hitler waqt it-Tieni Gwerra Dinjija.