Minn tal-inqas 1,000 militant tal-ISIS inqatlu jew sfaw midruba mill-forzi governattivi tas-Sirja, dan hekk kif il-militari Sirjana reġgħu ħadu taħt idhom il-belt ta’ Palmyra.
L-istrateġija ġiet imħejjija mir-Russi flimkien mal-militari Siriana, fl-isforz li jerġgħu jieħdu taħt idhom lil pajjiżhom wara xhur ta’ tmexxija taħt l-ISIS.
Din mhux l-ewwel darba li l-forzi Sirjana ħadu taħt idhom lil Palmyra, dan hekk kif ilhom għal dawn l-aħħar ħames snin fi gwerra mal-ISIS.