Ħaten Beppe Fenech Adami, li jindirizza l-attivitajiet ta’ Repubblika, Ingħaqad mal-Partit Nazzjonalista fl-argumentazzjoni tiegħu.
Fil-fatt bħal Partit Nazzjonalista qal li f’Malta ma hawnx elezzjoni ġusta u ħielsa.
Argument li uża wkoll il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech, l-eks Kap Simon Busuttil u anki Beppe Fenech Adami meta tefgħu dubji fuq id-dokument tal-vot.
Kevin Cassar fuq l-Independent, bit-titlu ‘No free or fair election’ attakka lix-xandir nazzjonali u lil dan l-istazzjon.
Bħal Bernard Grech qal li l-grawnd hu diżlivellat.
Kevin Cassar, li kien kandidat Nazzjonalista iżda baqa’ l-art ftit wara l-akbar telfa elettorali fl-istorja ta’ Malta indipendenti għall-Partit Nazzjonalista, kien kiteb fit-Times.
Dakinhar kien qal li l-Partit Laburista mmexxi minn Robert Abela ma rebaħx elezzjoni ġusta.
Beppe Fenech Adami, li jiġi ħaten Kevin Cassar, kien fost dawk ukoll li attakka l-proċess elettorali f’pajjiżna.
“Faċilment tiżżelleġ, faċilment titneħħa, anke b’sempliċiment difrejk, b’girfa, anke sempliċiment tintmesaħ b’xi spirtu.”
Beppe Fenech Adami – Deputat tal-PN
Biex Simon Busuttil kien qal hekk ukoll għax il-Partit Nazzjonalista tilef l-elezzjonijiet.
“Mhux bil-fair, jiġifieri din ma kinitx elezzjoni bil-fair. Ma kinitx level. Qisek inti qed toħroġ tilgħab tim tal-futbol kontra tim ieħor u għandhom ir-referee magħhom u għandek il-pitch flok qiegħed ċatt, in-naħa tagħna għat-tela’.”
Simon Busuttil – Eks Kap tal-PN