Il-Ħadd 10 ta’ Marzu il-krew ta’ QRIBEK se jżur ir-raħal ċkejken pittoresk ta’ Ħad-Dingli. Oriana Farrugia se tiltaqa’ mas-Sindku Raymond Schembri, fejn flimkien se jesploraw ftit mill-proġetti li seħħew tul dawn l-aħħar snin.
Is-Sindku se jinforma dwar proġett ta’ infrastruttura fil-qalba tar-raħal u siti li kienu mitluqa u ingħataw il-ħajja fi spazji miftuħa mill-isbaħ. Bħal dejjem, b’appuntament f’kull programm, Oriana Farrugia ddur il-lokalita’ li tkun qed tesplora, sabiex titkellem man-nies tar-raħal u tifhem x’jaħsbu dwar dawn il-proġetti.
QRIBEK, dwar Ħad-Dingli jixxandar il-Ħadd 10 ta’ Marzu fl-10am.