Fl-episodju ta’ din il-ġimgħa mit-tieni staġun ta’ Jackpot 4 se naraw kif it-tgerfix u l-inkwiet ser ikompli jiżdied. John qed jistenna li l-Prim Ministru jgħinu fil-biċċa nkwiet kbira li daħal fiha, imma l-Prim Ministru u martu għandom biżżejjed problemi ma xhiex iħabbtu wiċċhom.
X’ser jiġri mit-tifla l-feruta? u għal Darren u Alex hemm xi xaqq ta’ tama għalihom biex jiksbu t-tfal lura? Sa fejn lest li jasal il-bniedem għal ġid ta’ wliedu?
Segwi hawn x’se tara waqt is-sitt episodju li jixxandar l-Erbgħa 6 ta’ Marzu fit-8:35pm, esklussivament fuq ONE