Franza hija l-ewwel pajjiż fid-dinja li se tinkludi l-abort bħala dritt, fil-Kostituzzjoni tagħha.
Dan wara li l-Parlament ivvota b’maġġoranza assoluta sabiex jemenda l-Kostituzzjoni tal-pajjiż li tmur lura għall-1958.
780 Membru Parlamentari ivvota favur din ir-reviżjoni, filwaqt li kienu biss 72 li vvutaw kontra.
Il-President Franċiż Emmanuel Macron iddeskriva dan bħala messaġġ universali.
Kienu bosta għaqdiet minn madwar id-dinja, flimkien mal-Vatikan, li kkundannaw bil-qawwa din l-emenda fil-kostituzzjoni Franċiża.
L-abort ilu legali fi Franza mill-1975, b’85% tal-poplu Franċiż kien favur dan.
Wara dan il-vot, it-Torri Eiffel inxtegħel biex jiġi ċċelebrat dan il-vot.