Il-Qorti Suprema Amerikana remiet is-sentenza tal-Qorti ta’ Colorado fejn fiha waqqfet lil Donald Trump milli jpoġġi ismu fuq il-polza tal-vot. B’hekk ikkonkludiet li l-eks President Amerikan huwa eliġibbli li jikkandida ruħu għall-elezzjoni Presidenzjali
Dan ifisser li t-Tlieta isem Trump se jkun fuq il-polza tal-vot hekk kif il-pubbliku se jkun jista’ jivvutalu f’dawk li huma magħrufa l-primaries.
Flimkien mal-istat ta’ Colorado, 15-il stat ieħor se jkun qed jivvota f’dak li huwa magħruf bħala Super Tuesday. Trump mistenni jegħleb lil Nikki Haley f’kull stat u saħansitra jissiġilla postu biex b’hekk jirbaħ in-nomina tar-Repubblikani u jikkontesta l-elezzjoni Presidenzjali ta’ Novembru li ġej. Dan minkejja li Nikki Haley għelbet lil Donald Trump b’ammont sostanzjali ta’ voti fl-istess elezzjonijiet fl-istat ta’ Washington DC.
L-istat ta’ Colorado kien ipprova jneħħi isem Trump minn fuq il-polza tal-vot wara l-irvellijiet li kienu saru fis-sitta ta’ Jannar minn simpatizzanti ta’ Trump.