Il-Gvern investa €300,000 għar-rinovar tar-riserva u l-park naturali tas-Salini, liema rinovar se jitlesta sal-aħħar ta’ Marzu.
Fi żjara li għamel il-Ministru José Herrera ġie spjegat li t-tieni parti tar-rinovar swiet €150,000, eluf li ġew investiti fi tqiegħid ta’ turf artifiċjali biswit il-funtana u bandli għat-tfal biex ikunu jistgħu jgawdu mill-ġmiel tal-ambjent naturali Malti waqt li jkunu qed jilgħabu.
Herrera ħabbar li b’kollaborazzjoni mal-BirdLife, l-Ħadd 12 ta’ Marzu, ir-riserva naturali tas-Salini se tinfetaħ għall-pubbliku. Ġurnata li matula t-tfal se jkunu jistgħu jidħlu fl-akwarju tal-Qawra bla ħlas filwaqt li l-adulti jgawdu minn prezz sussidjat.
L-akwata tal-akwarju se tintuża bħala park and ride fejn se jkun hemm ferrovija li se jkun qed idawwar lill-pubbliku mal-park naturali filwaqt li se jiġi provdut ukoll trasport lura lejn il-park and ride.
F’din il-ġurnata, l-Birdlife se torganizza ukoll bird watching filwaqt li se tagħti informazzjoni edukattiva dwar l-importanza tas-salini u l-produzzjoni tal-melħ.