Kienet lejla maġika għall-kantanta ta’ fama mondjali, Raye, hekk kif is-Sibt filgħaxija kitbet l-istorja waqt il-Brit Awards hekk kif kisbet seba’ premjijiet li kienet innominata għalihom.
Hi rebħet dawn il-premjijiet u għelbet artisti bħal Blur, Adele u Harry Styles li kienu rebħu erba’ premjijiet fl-istess ċerimonja.
Raye hija wkoll l-ewwel mara li rebħet il-premju ta’ awtriċi tal-kanzunetti tas-sena.
Fid-diskors li għamlet, Raye qalt kif il-mara li kienet tliet snin ilu ma kinitx temmen li se jirnexxiela tasal fejn waslet illum il-ġurnata.
Intant artisti bħal Dua Lipa u Kylie Minogue wkoll ngħataw premju ta’ rikonoxximent fosthom best pop act u global icon award.