Ir-riġenerazzjoni li qed issir fil-Kottonera qed ittejjeb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti f’din iż-żona u anki dawk li jżuru din iż-żona storika f’pajjiżna.
Qalet dan is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli, waqt il-bullettin tas-sebgħa u nofs ta’ ONE. Hija qalet dan fil-jum li l-Prim Ministru Robert Abela żar id-diversi proġetti li għaddejjin f’din iż-żona ta’ pajjiżna.
Is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli sostniet li dawn il-proġetti huma fost oħrajn edukattivi u soċjali.
Hija saħqet ukoll l-importanza tas-Sindki u l-Kunsilliera, flimkien mal-Fondazzjoni Kottonera biex jaħdmu favur din ir-riġenerazzjoni.
AQRA AKTAR: