Sqallija ddikjarat stat ta’ emerġenza, hekk kif ir-reġjun viċin tagħna qed jesperjenza l-agħar nixfa f’20 sena.
Dan minħabba n-nuqqas ta’ xita li hemm f’din il-gżira Taljana u qed taffettwa fost oħrajn lill-bdiewa.
Din in-nixfa kbira qed tiġi esperjenzata wara t-temp estrem tas-sajf li għadda, b’temperaturi għoljin ħafna.
L-istat ta’ emerġenza ġie ddikjarat minħabba l-iskarsità ta’ ilma li hemm.
Il-Gvern reġjonali ta’ Sqallija qal li l-Marokk u l-Algerija, pajjiżi oħrajn fil-Mediterran, li jinsabu fl-istess sitwazzjoni minħabba n-nixfa.