Id-dar li kien jgħix fiha l-leġġendarju mużikali Freddie Mercury tinsab għall-bejgħ, u l-offerti għaliha jibdew minn tletin miljun sterlina.
Garden Lodge f’Kensington, fil-punent ta’ Londra, tinsab fil-kwiet qalb in-natura, u Mercury kien jirreferi għaliha bħala “dar fil-kampanja fiċ-ċentru ta’ Londra”.
Mibnija bi stil Neo-Ġorġjan fl-elf disa’ mija u sebgħa, id-dar tinkludi kamra tal-pranzu, dressing room idawra bil-mirja, bar, librerija, u anki ġnien fuq stil Ġappuniż.
Mercury xtara din id-dar fl-elf disa’ mija u tmenin, u għamlilha diversi xogħlijiet ta’ rinnovar tul id-deċenju li segwa biex tibqa’ tinkorpora s-sens uniku tagħha u l-kollezzjoni tal-arti li fiha minn kull rokna tad-dinja.
Wara mewtu fl-elf disa’ mija u wieħed u disgħin, Mercury ħalla daru lill-aktar ħabiba tiegħu Mary Austin, li għexet fiha għal tletin sena.