Il-poeta u storiku Għawdxi Charles Bezzina, bit-taħdita ‘Military Units in Gozo in World War II’, se jkun qed jmur lura għaż-żmien tat-Tieni Gwerra Dinjija f’Għawdex, żmien li hawn inqas għarfien fuqu meta kkumparat mall-gżira Maltija. Din se tkun qed tiġi organizzata nhar is-Sibt 9 ta’ Marzu, fil-Mużew Il-Ħaġar fil-belt Victoria, Għawdex, fil-11:00 ta’ filgħodu.
Is-Sur Bezzina ser jkun qed jagħti stampa ċara tal-ħajja tas-suldati barranin stazzjonati f’Għawdex, ir-raġuni għalxiex ġew mibgħuta f’din il-gżira u s-servizz li taw meta Għawdex safa attakkat fl-1942. Barra minn hekk, ser jkun qed jitkellem ukoll dwar ir-reazzjonijiet tal-Għawdxin u tar-rifuġjati Maltin lejn dawn is-suldati.
Min se jkun qed jattendi ser jkollu l-opportunità biex iżur il-wirjiet kurrenti fil-Mużew, bil-wirja “Unknown Prescription” turi xogħolijiet mill-artisti Maltin Mario Abela, Charles Balzan u Justin Falzon u ser tibqa’ miftuħa sal-14 ta’ April 2024. Wirja oħra hija “What’s in a bequest? The Archive of Mro Joseph Vella”, fejn turi x-xogħolijiet mużikali għal strumenti tan-nifs mill-kompożitur Joseph Vella, anke bħala kommemorazzjoni tas-sitt anniversarju minn mewtu. Din il-wirja ser tibqa’ miftuħa sal-24 ta’ Marzu 2024. Barra dawn, fit-tielet wirja “Lent to Easter”, organizzata mis-Soċjetà Filatelika Għawdxija, qed jiġu esebiti varjetà ta’ bolol b’xeni mir-Randan u mill-Għid, fejn din se tkun minftuħa mid- 29 ta’ Frar u se tibqa’ miftuħa sat-8 ta’ April 2024.
Il-Mużew ikun miftuħ kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd, bejn id-9:00am u l-5:00pm. Id-dħul għall-Mużew huwa b’xejn imma huwa rrakkomandat li wieħed jirriserva l-post tiegħu b’email fuq: events@heartofgozo.org.mt.