Il-manifattur taċ-ċikkulata, Barry Callebaut, ħabbar pjanijiet li se jkeċċi mijiet ta’ ħaddiema f’siti diversi, fosthom fl-akbar fabbrika taċ-ċikkulata fid-dinja.
B’kollox, din l-azzjoni se taffettwa elfejn u ħames mitt impjieg globalment, u se twassal għall-għeluq ta’ fabbrika sħiħa fil-Ġermanja.
Fil-Belġju biss, ħames mitt ruħ se jitilfu xogħolhom.
Fi stqarrija, il-kumpanija qalet li dan se jseħħ bħala parti minn pjan ta’ trasformazzjoni biex tnaqqas l-ispejjeż bi ħmistax fil-mija, b’riżultat li mal-elfejn u ħames mitt ħaddiem madwar id-dinja ħa jkunu affettwati tul it-tmintax-il xahar li ġejjin.