Il-President Amerikan, Joe Biden, qal li hemm it-tama għall-waqfien mill-ġdid sat-Tnejn li ġej, fil-gwerra bejn Iżrael u Gaza.
Dawn il-kummenti ġew fost rapporti ta’ progress li potenzjalment intlaħaq waqt in-negozjati li għaddejjin bejn rappreżentati ta’ Iżrael u l-Hamas fil-Qatar.
Din il-gwerra tmur lura għas-sebgħa t’Ottubru li għadda, meta l-Hamas qatlu mal-elf u mitejn ruħ f’Iżrael.
Minn dakinhar, inqatlu kważi tletin elf ruħ fit-territorju tal-Istrixxa ta’ Gaża u għexieren ta’ eluf oħra ndarbu.
Il-President Biden, li pajjiżu huwa alleat ewlieni ta’ Iżrael, kien qed jitkellem mal-ġurnalisti fi New York City dwar din il-possibilità ta’ waqfien mill-ġdid.