It-timijiet Maltin komplew jiksbu aktar riżultati pożittivi fil-kampjonati Ewropej li qed isiru f’Killarney l-Irlanda. It-tim Malti A tal-irġiel kiseb żewġ rebħiet importanti kontra Wales 10-5 u kontra l-Irlanda 9-6 u issa jkun impenjat fl-logħba oħra kontra !ipru tard il-lejla. It-tim B tal-irġiel segwa l-passi ta’ tim A u kiseb żewġ rebħiet identiċi ta’ 8-7 fuq Franza B u Belġju B.
It-tim tal-Over 50’s kiseb rebħa kbira ta’ 13-2 fuq il-Portugal filwaqt li t-tim tal-Under 23’s kompla għaddej bil-mixja ożittiva b’ rebħa oħhra ta’ 6-3 fuq Skozja A biex b’ hekk żamm l-ewwel post b’ punti massimi.
Iż-żgħażagħ ta’ taħt it-tmintax -il sena wkoll kisbu punti massimi b’ żewġ rebħiet ohra fuq l-Irlanda ta’ Fuq B 7-2 u fuq l-Ingilterra B 6-3.
Fil-kampjonati ndividwali Ryan Pisani, Gilmoure Scicluna, Gary Carr, Antoine Aquilina, Manuel Mallia u Dejan Grech ikkwalifikaw mal-aħħar 64 fil-kompetizzjoni tal-irġiel filwaqt li diversi players oħra għamluha għat-tieni fażi f’ kategoriji oħra.