Meta l-Ħadd fil-kumpless Sportiv tal-Kottonera tkompla l-kampjonat Nazzjonali Super League, iċ-champions Swieqi Phoenix Nium ġabu fix-xejn l-isfida ta’ Paola Executive Security meta rebħulhom 3-0. Il-Ħadd ta’ qabel Paola kienu għilbu lill-istess Swieqi f’logħba semifinali u u eliminawhom mit-Tazza Nazzjonali. Din id-darba l-istorja kienet mod ieħor biċ-champions jikkonfermaw il-qawwa tagħhom biex ħadu t-tmien rebħa nfila tagħhom u Paola jibqgħu fl-aħħar post tal-klassifika b’erba’ punti biss.
F’logħba oħra mis-Super League kienu Flyers li rebħu lil Birkirkara 3-1. B’hekk huma issa telgħu fit-tieni post tal-klassifika bi ħmistax -il punt, tmien punti anqas minn Swieqi. Fil-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni, iċ-champions il-ġodda ta’ dan l-istaġun, Mġarr akkwistaw id-disa’ rebħa nfila u tal-istaġun meta rebħu lil Swieqi Phoenix EY 3-0.
Ir-riżultati kollha
U19:
Swieqi Phoenix Sugar N Spike vs BKVC Sirens 3-0
L-Ewwel Diviżjoni:
Mgarr Volley vs Swieqi Phoenix EY 3-0
U15: Flyers vs Swieqi Phoenix Young Stars 0-3
Paola Maypole vs Depiro 3-2
Super League :
Birkirkara VC vs Flyers 1-3
Swieqi Phoenix NIUM vs Paola Executive Security 3-0