Alexei Navalny kien se jinħeles mill-ħabs bi qbil li jitpartat ma’ ħabsi ieħor meta hu miet.
Dan skont alleata ta’ Navalny, Maria Pevchikh.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Hi spjegat kif il-kritiku ta’ Putin, Navalny, kien se jitpartat mal-ħabsi Vadim Krasikov, hitman Russu li qed iservi ħajtu l-ħabs għal qtil fil-Ġermanja.
Żewġ ċittadini Amerikani li qed jinżammu r-Russja wkoll kienu parti mill-qbil.
Hi żiedet tgħid li n-negozjati kienu waslu fl-aħħar stadju tagħhom fil-15 ta’ Frar.