Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-Professur Edward Scicluna, ipparteċipa fil-laqgħa informali tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji (ECOFIN), li saret bejn it-22 u l-24 ta’ Frar 2024, f’Ghent, il-Belġju.
Fil-laqgħa, li għaliha attendew b’mod konġunt il-Gvernaturi tal-Bank Ċentrali tal-UE u l-Ministri tal-Finanzi tal-UE, ġew diskussi d-direzzjoni futura u strateġika tal-Bank Ewropew tal-Investiment, il-parteċipazzjoni tal-investituri bl-imnut fis-swieq finanzjarji u l-litteriżmu finanzjarju, u r-rapport dwar il-futur tal-kompetittività tal-UE li bħalissa qed jitħejja minn Dr Mario Draghi.
Matul il-laqgħa informali, Il-Gvernatur Scicluna kien akkumpanjat mid-Deputat Gvernatur Mr Alexander Demarco.