It-timijiet Maltin komplew jiksbu aktar riżultati sodisfaċenti. It-tim tal-Irġiel A kiseb rebħa fuq iċ-champions renjanti Franza bl-iskor ta’ 9-6 filwaqt li t-tim Malta taż-żgħażagħ ta’ taħt it-tmintax -il sena, li qedin jiddefendu t-titlu mirbuħ is-sena li għaddiet, kiseb rebħa stupenda ta’ 9-0 fuq it-tim ta’ Skozja B.
It-tim Malti tal-Under 23’s kellu bidu impekkabli b’ erba’ rebħiet minn daqstant logħob fejn għeleb lil Belġju u Franza A 5-4 u lil Portugal u Irlanda A 6-3.
It-timijiet Maltin tal-Over 50’s kisbu rebħa u telfa kull wieħed bit-tim A jegħeb lil Franza 8-7 u jċedi kontra l-Irlanda 6-9 fiwaqt li t-tim B għeleb lil Skozja 11-4 u safa’ megħlub mill-Belġju 5-10.
Iċ-champion tad-dinja, Clayton Castali, kellu jitħabat biex għeleb lil numru wiehed ta’ Belgju 6-5 fl-ewwel round tal-kampjonati ndividwali. Players oħra maltin li rebħu żewġ logħbiet u kkwalifikaw għall-fażi tal-aħħar 128 huma Dejan Grech, Ryan Pisani, Owen Amato, Gilmoure Scicluna, Gary Carr, Antoine Aquilina, Josef Gafa, Manuel Mallia u Miguel Falzon. Aktar players Maltin ikunu mpenjati aktar tard il-lejla.