Fl-ewwel partita tal-Ħadd fic-Centenary Stadium, Gzira United għelbu bla wisq diffikulta lill-Sirens 4 – 0 biex b’hekk kompla l-mument tajjeb tal-Maroons filwaqt li r-relegazzjoni aktar ma’ jmur aktar qed jersqu viċin tagħha t-tim minn San Pawl il-Baħar.
Mal-ewwel azzjoni tal-partita wasal l-ewwel goal eżattament fit-23 minuta meta mil-lemin Thaylor Aldama qassam lejn Zachary Scerri li b’xutt fil-baxx għeleb lill-goalkeeper Andrea Cassar u għamel lis-skor 1 – 0.
Reazzjoni ta’ Sirens ħames minuti wara meta x-xutt ta’ Nicholas Pulis ġie salvat minn Darijan Zarkov fil-lasti ta’ Gzira United. Ħames minuti mit-tmiem l-ewwel taqsima Sirens, f’azzjoni xi ftit jew wisq konfuża, kellhom ix-xutt ta’ Bismark Asari li jmur għoli biex sat-tmiem l-ewwel 45 minuta r-riżultat kien dak ta’ 1 – 0.
Ma’ ftit aktar minn siegħa logħob Gżira ingħataw penalty meta kellna ballun li jaħbat ma id plejer ta’ Sirens u mill-11 il-metru Zachary Scerri ma falliex u għamel l-iskor 2 – 0.
Fl-aħħar mumenti tal-partita, Gżira skorjaw darbtejn. Fid-90 minuta konklużjoni ta’ Thiago Espindola De Paula ħabtet mal-lasta, bis-sostitut Kyle Spence mill-viċin jikkonkludi ġewwa u jagħmilhom 3 – 0.
Sekondi biss wara l-maroons jagħmluhom 4 – 0 meta għal darba jkun sostitut li jniżżel ismu fuq il-lista tal-skorers, din id-darba jkun Tomislav Knezevic li b’konklużjoni fil-baxx jixħet fix-xibka.
Referee: Daniel Portelli
BOV Plejer tal-Logħba: Brooklyn Borg (Gzira United)