Raġel ta’ 43 sena mill-Ghana, tilef ħajtu wara li lbieraħ sofra ġrieħi serji wara li waqa’ madwar żewġ sulari waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.
L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-sagħtejn neqsin kwart, fiż-Żona Industrijali tal-Marsa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post il-ħaddiem ingħata l-għajnuna minn tim mediku u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn sfortunatament tilef ħajtu llum kawża tal-ġrieħi li ġarrab.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Victor Axiak LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.