Minn tal-inqas erba’ persuni mietu wara li blokka kbira ta’ appartamenti saret ħuġġieġa nar fil-Belt Spanjola ta’ Valencia.
Il-pumpieri Spanjoli dehru f’operazzjoni delikata ħafna u kontra l-ħin sabiex fl-istess waqt li jikkontrollaw u jikumbattu n-nirien qawwija, isalvaw lin-nies mill-gallariji tagħhom.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Qed jiġi rrappurtat ukoll kif 19-il persuna għadha ma nstabitx.
14-il persuna oħra, inkluż sitt pumpieri u tfal żgħar, qed jingħataw il-kura fl-eqreb sptar.
Ir-riħ li qed jaħkem lill-pajjiż bħalissa tellef bil-kbir f’din l-operazzjoni ta’ tifi tan-nar fil-blokka li għandha erbatax-il sular
L-awtoritajiet Spanjoli ħarġu appell sabiex ħadd ma jersaq lejn dawn l-inħawi.
Il-blokka għandha 138 appartament u fiha kien hemm 450 resident.