L-eks plejer ta’ Barċellona, il-Brażiljan Dani Alves, ġie kkundannat erba’ snin u nofs ħabs wara li nstab ħati li aggredixxa u stupra mara.
Mis-sentenza, li ngħatat mill-Qorti Suprema ta’ Barċellona, jirriżulta li l-eks plejer ta’ Sevilla, Barċellona, Juventus u PSG, wettaq l-attakk sesswali fuq tfajla ta’ 23 sena fi klabb f’Sutton, l-Ingilterra, nhar il-31 ta’ Diċembru 2022.
Alves kien ġie arrestat fil-21 ta’ Jannar wara li vvjaġġa mill-Belt tal-Messiku għal Barċellona, biex ikun jista’ jiddiskuti l-każ mal-avukati tiegħu.