Saċerdot Spanjol mill-villaġġ ta’ Don Benito, ġie arrestat bħala parti minn investigazzjoni dwar bejgħ ta’ sustanzi illegali, inkluż traffikar illegali tal-viagra.
Il-qassis li huwa magħruf fil-parroċċa ta’ San Sebastián mistenni jitressaq il-Qorti fil-bidu tax-xahar id-dieħel.
Huwa ġie arrestat nhar it-Tnejn li għadda fid-dar tal-parroċċa.
Il-Pulizija Spanjola qalet li f’din id-dar sabet ammont sostanzjali ta’ sustanza illegali lesta biex tinbiegħ.
Is-sit Euronews qal li l-investigazzjoni f’dan il-każ ilha li bdiet ix-xhur.
B’reazzjoni għal dan id-Djoċesi responsabbli mill-parroċċa tas-saċerdot involut qalet li jiddispjaċiha għall-għemil tas-saċerdot.