It-tieni edizzjoni tal-FunWalk fil-Kalkara, ġiet fi tmiemha b’suċċess.
Hekk kif anke t-temp ippermetta, diversi persuni kkonkorrew sabiex jgħinu lill-familji fil-bżonn, li jiġu megħjuna mill-Patrijiet tal-Kapuċċini.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Permezz ta’ post fuq Facebook, is-Sindku tal-lokal, irringrazzja lil dawk li għenu sabiex din il-mixja kienet possibli, b’mod partikolari lill-Gwardjan u l-Komunita’ tal-Patrijiet, lill-Kumpaniji li taw l-appoġġ finanzjarju u lill-Pulizija tal-Komunita’ għas-servizz tagħhom.