Birżebbuġa Lions fetħu beraħ il-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-MDA wara li għelbu lil-leaders Żejtun Laċċi Gold Lady 5-3 barra minn darhom.
It-tim minn Birżebbuġa ħasad lill-avversarji tiegħu meta stabilixxa vantaġġ ta’ erba’ games biż-Żwieten li minkejja kollox naqqsu l-marġni tal-iskor għal 4-3.
L-aħħar game kienet waħda interessanti għalkemm fl-aħħar mill-aħħar kienu l-Lions li ħadu t-tliet punti finali.
B’dan ir-riżultat approfittaw Ħamrun Bayern A u Floriana Ajax Premier Cars li kellhom rebħiet faċli kontra Floriana Ajax MCP (8-0) u Sliema Lounge A (7-1) sabiex telgħu jaqsmu l-ewwel post tal-klassifika.
Ħamrun Bayern B rebħu l-isfida tan-naħa t’isfel tal-klassifika kontra PO’s Bar 6-2 sabiex qabżuhom u ħallewhom fl-aħħar post.
Fit-tieni diviżjoni, Duke’s Bar ħasad lit-tim fit-tieni post Domus Men’s tant li rebħulhom 6-2 filwaqt li Birgu Boċċi Club A baqgħu jżommu l-konsistenza wara skor ta’ 8-0 kontra Leah’s Bar A.
Cox Bar u Beland Żejtun irreġistraw skor identiku ta’ 5-3 kontra Żebbuġ Rangers DT u Top Gun rispettivament.
Fit-tielet diviżjoni, Leah’s Bar B komplew għaddejjin bil-mument pożittiv tagħhom filwaqt li baqgħu fl-ewwel post wara skor dominanti ta’ 8-0 kontra Sliema Lounge B.
Żejtun Laċċi Maypole baqgħu punt taħt il-leaders wara li għelbu lil Tal-Balklor 5-3 barra minn darhom.
Birgu Boċċi Club B baqgħu fit-tielet post wara rebħa ta’ 5-3 kontra Munchies filwaqt li Tal-Ġilju telgħu tarġa oħra fil-klassifika wara skor ta’ 6-2 kontra Nicolo Isouard.
KLASSIFIKA – MDA L-EWWEL DIVIŻJONI
Ħamrun Bayern A, Floriana Ajax Premier Cars A 30, Żejtun Laċċi A 29, Birżebbuġa Lions 27, Sliema Lounge A 11, Floriana Ajax MCP 10, Ħamrun Bayern B 5, PO’s Bar 3,.
KLASSIFIKA – MDA IT-TIENI DIVIŻJONI
Birgu Boċċi Club A 37, Domus Men’s 31, Duke’s Bar 30, Top Gun, Cox Bar 16, Beland Żejtun 11, Żebbuġ Rangers DT 8, Leah’s Bar 1
KLASSIFIKA – MDA IT-TIELET DIVIŻJONI
Leah’s Bar B 37, Żejtun Laċċi Maypole 36, Birgu Boċċi Club B 24, Tal-Balklor Senglea, Mqabba tal-Ġilju 16, Nicolo Isouard 14, Munchies Bar 13, Domus Ladies 7, Sliema Lounge B 6.